‘I Draw’

I Draw, Young Emerging Maltese Artists, 2012

Group show sponsored by Bank of Valletta

Image Loading..

Image Loading..

Image Loading..

An extract from ‘I DRAW. 7 Emerging Maltese Artists’ 

Exhibition courtesy of Bank Of Valletta

Poster - iDraw exhibition 2012

Create to exist, exist to create.


I don’t draw every day; it’s not an everyday occurrence for me.  Perception is everything that happens before drawing.  Drawing for me is a strenuous mental and physical exercise by which I let go of all the daily mundane duties, all the worries that pile up in my head.


The short lived instances of ecstasy that are brought about when I create form out of line are phenomenal.  The residue, the developed film, is my drawing. Something I feel that co- exists within me. Something that is so difficult to make autonomous, alive away from me.  I cage myself and the drawing within me until that time.


Drawing becomes not only a blurred reflection of life that lies around me but also a voice.  Like a groan of a toddler exerting his first sounds – a frustrated language for the adults. The mantra of soft sounds of charcoal that drags over virgin paper.


The mental void I’m in creates a living form..


The metamorphosis into a semblance of an earthly object. Pleading for more life, to exist and not be forgotten in the darkness behind a charcoal line.

Teżisti biex toħloq, toħloq biex teżisti.


Tpinġi mhijiex xi ħaġa ta’ kuljum. Nimxi, nieħu n-nifs, inħares, niċċassa, huma. Tħares u tpinġi hija eżerċizzju tal-ġisem imnebbaħ mill-moħħ. Avveniment li bih inbattal l-inkwiet banali ta’ kuljum. Li bih nonfoħ ’l barra dak kollu li niġma’ fil-ġurnata, ġimgħat jew xhur.


Dan l-eżerċizzju kemm fiżiku u mentali, ta’ sekondi qosra ta’ estażi, bejn lemħa fuq is-suġġett, l-ewwel girfa tal-faħma fuq il-karta verġni biex nagħti forma, ħajja u nifs lil dik li setgħat baqgħat tħażżiża, huwa att ta’ fenomenu għalija li konxjament naf li jeżisti miegħi iżda wisq diffiċli jieħu awtonomità assoluta.


Id-disinn isir mhux biss mera mtappna ta’ dak li hu reali għal għajnejna, imma wkoll tieqa għall- vuċi li kliem ma tafx, għajnejn m’għandhiex, bħal tarbija, li tiċċaqlaq, toqmos u tingħi bi sforz u kemxejn rabja għall-fatt li ma tistax tiftiehem.


Dal-vjaġġ mentali, trażmess f’idi akkompanjat malħoss tal-girfa tal-faħma, l-ewwel lemħa ta’ ħaġa ħajja li tgħajjatli u tkellimni “Ieqaf, tajtni l-ħajja, tħassarnix, issewidnix aktar, terġax iġġibni il-faħma li kont.” huwa s-sbuħija tad-disinn. Is-sbuħija tall-arti għall-artist li jsir missier.


Dawn il-mumenti meta l-karta bajda tgħammar malfaħma sewda biex joħolqu oġġett, persuna, figura, disinn jew tħażżiża mhumiex faċli biex tasal għalihom. Il-ħin għad-djalogu ma’ wieħed innifsu huwa ftit. Għaldaqstant kemm is-sbuħija u kemm l-uġiġħ ta’ ras tat-tpinġija huma li tagħti l-ħajja lil xi ħaġa, li mingħajr l-intervent tal-bniedem hija mejta, daqskemm il-karta vojta hi mejta, daqskemm faħma hi siġra maħruqa.

Copyright © Bertrand Fava 

All rights Reserved.